top of page

Sun, 25 Sept

|

Ir-Rabat Għawdex

It-Teatru tal-Miskin | Għawdex

Tal-linja ma tgħaddix minn Ħal Fern, il-villaġġ maqtugħ mill-bqija tad-dinja. Nesieh kulħadd. Tliet buffi jaslu f’Ħal Fern. Jidhru strambi u differenti minn kull m’hawn f’dal-villaġġ. Ġew biex jagħmlu it-Teatru tal-Miskin - spettaklu għal l-imsieken ta’ Ħal Fern li nsew il-passat tagħhom.

Registration is closed
See other events
It-Teatru tal-Miskin | Għawdex
It-Teatru tal-Miskin | Għawdex

Time & Location

25 Sept 2022, 19:00 – 21:30 GMT+2

Ir-Rabat Għawdex, Triq Ir-Republika, Ir-Rabat Għawdex, Malta

About the event

Tal-linja ma tgħaddix minn Ħal Fern, il-villaġġ maqtugħ mill-bqija tad-dinja. Nesieh kulħadd.

Tliet buffi jaslu f’Ħal Fern. Jidhru strambi u differenti minn kull m’hawn f’dal-villaġġ. Ġew biex jagħmlu it-Teatru tal-Miskin - spettaklu għal l-imsieken ta’ Ħal Fern li nsew il-passat tagħhom. Bl-eleganza u l-melodiji differenti tagħhom, il-Buffi ġew biex jaqalgħu l-istejjer midfunin ta’ Ħal Fern. Stejjer ta’ kif l- intolleranza tan-nies eliminat kull possibiltà ta’ kurżità fosthom. Stejjer li Ħal Fern irid iħallihom midfuna fis-skiet. Stejjer dwar tfajjel partikolari. Tfajjel li jum fost l-oħrajn libes żarbun bit-takkuna.

It-Teatru tal-Miskin huwa musical oriġinali ta’ Luke Saydon. Hija l-istorja ta’ persuna kwir li tikber f’ambjent intolleranti, magħluq u diffiċli jaċċetta dak kollu li hu differenti. Flimkien ma’ programm ta’ attivitajiet fil-kommunità, din hija produzzjoni b’għan li tiċċelebra l-viżibiltà u l-għożża tal-kommunità LGBTQI+ f’ pajjiżna.

Din il- produzzjoni se tittella fl-Aurora Black Box, spazju ġdid fit-Teatru Aurora Għawdex.

Dan il-proġett qed isir bil-fondi tal-Kunsill Malti għall-Arti, l-Aġenzija Żgħażagħ, MGRM, ARC, Spazju Kreattiv, European Year of Youth, BOV Foundation u Deloitte Foundation.

Biljetti u aktar informazzjoni fuq- www.saydonstudio.com

__________

The bus never comes to Ħal Fern. It’s a village cut off from the rest of the world, completely forgotten. But the village has secrets. Dark secrets it would prefer to keep hidden.

One day a troupe of clowns arrives in Ħal Fern - entertainers who are strikingly different from the rest of the village. Their otherness and playfulness stand out in the mundane streets of Ħal Fern. They perform “It-Teatru tal-Miskin”, a show that unearths the stories that Ħal Fern had buried deep. The stories of a boy who dared to wear high heels.

It-Teatru tal-Miskin is an original musical by Luke Saydon. A queer coming of age story about intolerance and people’s innate fear of ‘the other’. With an accompanying outreach programme, it aims to be a catalyst for the shifting landscape of LGBTQ+ visibility and acceptance in our country.

This production will be staged at the new Aurora Black Box Theatre in Gozo.

This project is supported by Arts Council Malta, Aġenzija Żgħażagħ, MGRM, ARC, Spazju Kreattiv, European Year of Youth, BOV Foundation and Deloitte Foundation.

For tickets and more information visit www.saydonstudio.com

Kast/Cast: Thomas Camilleri, Chiara Hyzler, Sean Borg

Kitba/ Writer: Luke Saydon Direzzjoni/ Direction: Denise Mulholland Moviment/ Movement: Ruth Borg Dramaturġija/ Dramaturgy: Clare Azzopardi

This production is rated 15+

Share this event

bottom of page